Għal kwalità ta’ ħajja aħjar

Il-politika dejjem kienet tinteressani u dejjem osservajt mil-qrib il-politika Maltija. Ilfatt li għandi sfond soċjoloġiku jgħinni nagħraf il-bżonnijiet tal-individwu fis-soċjetà b’mod ħolistiku u dak demokratiku. Nemmen il l-preżenza tiegħi fil-politika għandha sservi ta’ ġid fejn inkun nista’ nagħti lkontribut tiegħi lejn is-soċjetà b’mod ġust, b’onestà u trasparenza
għall-ġid komuni.

Nixtieq li l-ħidma politika tiegħi tkun primarjament iffukata fuq il-qasam tas- Solidarjetà Soċjali biex ngħin familji u individwi fil-bżonn. Napprezza ħafna x-xogħol siewi tal-NGOs li jaħdmu f’dan il-qasam bla waqfien. Konxja li kontinwament jaffaċċjaw ħtiġiet u sfidi ġodda. Irrid li nkun f’pożizzjoni aħjar biex ngħinhom.

L-impatt tal-pandemija

Matul din l-aħħar sena u ftit mill-bidu tal-pandemija, kull wieħed u waħda minna ntlaqat xi ftit jew ieħor. Sfortunatament is-settur tatturiżmu u s-settur fejn tidħol larti u l-kultura ġew affettwati bil-kbir. Dan ifisser li ħafna familji qegħdin f’pożizzjoni mhux pjaċevoli biex jaqilgħu lgħajxien tagħhom.

Il-Covid wage supplement, għalkemm tajjeb, mhuwiex biżżejjed biex wieħed ilaħħaq mal-kontijiet u spejjeż oħra. Sfortunatament ċerti stabbilimenti qegħdin f’xifer li jingħalqu. Dan joħloq inċertezzi u stress żejjed u allura jkun tajjeb li wieħed jinvesti aktar fejn tidħol is-saħħa mentali tan-nies f’pajjiżna. Is-saħħa mentali għandha verament tkun suġġett li wieħed ma jridx jinsa. Ilbniedem għandu jkun fiċ-ċentru ta’ kollox, fejn il-kwalità tal-ħajja titjieb bis-sħiħ biex b’hekk il-familji, iż-żagħżagħ u l-anzjani tagħna jgħixu ħajja aktar sana u ġusta.

Nixtieq ukoll li l-ħidma politika tiegħi twassal għal aktar kisbiet fl-emanċipazzjoni tannisa Maltin fis-setturi kollha tas-soċjetà, però mhux biss, irrid nara lil dawk li jħossuhom fil minoranza fis-soċjetà jkollhom leħen u jiġu apprezzati kif jixirqilhom, wara kollox dawn ukoll jagħtu sehemhom.

Sehmi għal paġna ġdida

Fil-fond ta’ qalbi dejjem assoċjajt ruħi mal-ideoloġiji tal-Partit Nazzjonalista. Partit kbir li mexxa l-Malta lejn lakbar akkwisti fl-istorja tagħha u li dejjem ħadem biex jissalvagwardja d-demokrazija. Kburija li kont ipparteċipajt filmoviment favur is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u rrid nagħti s-sehem tiegħi biex ilpartit jibda Paġna Ġdida.

Nemmen li pajjiżna jixraqlu aħjar u li jrid ikun il-Partit Nazzjonalista li jerġa’ jpoġġi lil dan il-pajjiż fit-triq tassewwa. Ninsab grata lejn il-partit talli tani din l-opportunità biex nissieħeb u nkun kandidata ġdida għall-elezzjoni ġenerali li jmiss fuq ir-raba’ distrett. Minn kemm ili li dħalt għal dan irrwol importanti fil-karriera tiegħi bħala politikanta, nista’ ngħid li nħossni apprezzata u minn hawn nixtieq ngħid grazzi lil dawk kollha li qed ikunu ta’ sapport għalija.

Fl-aħħar mill-aħħar irrid inkun il-vuċi ta’ dawk filbżonn, dawk li jħossuhom imwarrbin, żvantaġġati u li m’ghandhomx leħen. Nixtieq li l-ħidma tiegħi tkun ta’ sostenn kemm għalihom u kif ukoll għall-organizzazzjonijiet li jgħinuhom.

Published: In-Nazzjon 21.04.21