Bijografija

Julie twieldet fil-25 ta’ Marzu tal-1982. Hija ż-żgħira fost tliet aħwa, wild Anthony u Monica. Trabbiet il-Fgura u għandha wkoll l-imħabba lejn il-Belt għax kienet tqatta’ ftit mit-tfulija tagħha żżur lin-nanniet li kienu joqgħodu l-Belt Valletta.

Ta’ eta’ żgħira, Julie uriet interess fil-mużika, fejn ta’ sitt snin bdiet titgħallem il-pjanu u tkanta mal-kor tal-parroċċa tal-Fgura, fejn umbad kompliet titgħallem il-vuċi.

Julie kienet tattendi l-iskola ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni ġewwa Ħal Tarxien, fejn umbad kompliet l-istudji tagħha l-Junior College u wara l-Universita’ ta’ Malta.

Hija graddwata fil-Baċellerat fis-Soċjoloġija u Filosofija bħala t-tieni dixxiplina. Julie wkoll kompliet tistudja l-mużika ġewwa l-Ingilterra u ggradwat fil-Mużika fejn ispeċjaliżżat fil-vuċi klassika.

Julie studjat ukoll biex issir għalliema, fejn it-tagħlim għadu għal qalbha ħafna u ilha tgħallem għal dawn l-aħħar ħmistax – il sena.

Fil-ħin liberu tagħha, Julie tħobb tmur għal mixjiet fil-kampanja mal-familja, nattendi kunċerti varji, tħobb taqra, ssajjar u anke tikteb.