Kandidata f’isem il-Partit Nazzjonalista għall-Elezzjoni Ġenerali fuq ir-4 u it-8 Distrett.

Il-politika dejjem kienet tinteressani u dejjem osservajt mil-qrib il-politika Maltija. Il-fatt li għandi sfond soċjoloġiku jgħini nagħraf il-bżonnijiet tal-individwu fis-soċjeta’ b’mod ħolistiku u dak demokratiku.   Nemmen illi l-preżenza tiegħi fil-politika għandha isservi ta’ ġid fejn nagħti il-kontribut tiegħi lejn is-soċjeta b’mod ġust, bl-onesta u trasparenza għal ġid komuni.

Nixtieq li l-ħidma politika tiegħi tkun primarjament iffukata fuq il-qasam tas-Solidarjetà Soċjali biex ngħin familji w individwi fil-bżonn. Napprezza ħafna ix-xogħol siewi tal-NGO’s li jaħdmu f’dan il-qasam. Konxja li kontinwament jaffaċċjaw ħtiġijiet u sfidi ġodda. Irrid li inkun f’pożizzjoni aħjar biex ngħinhom.

Nixtieq ukoll li l-ħidma politika tiegħi twassal għal aktar kisbiet fl-emanċipazzjoni tan-nisa maltin fis-setturi kollha tas-soċjetà.

Fl-isfond ta’ qalbi dejjem assoċjajt ruħi mal-ideoloġiji tal-Partit Nazzjonalista.

Partit kbir, li mexxa l-Malta lejn l-akbar akkwisti fl-istorja tagħha u li dejjem ħadem biex jissalvagwardja d-demokrazija. Kburija li kont ipparteċipajt fil-moviment favur is-sħubija ta’ Malta fl-EU u rrid ngħati s-sehem tiegħi biex il-Partit jibda Paġna Ġdida. Nemmen li pajjiżna jixraqlu aħjar u li jrid ikun il-PN li jerġa jpoġġi pajjiżna fit-triq tas-Sewwa.

Ninsab grata lejn il-partit talli tagħni din l-opportunita’ biex nissieħeb u nkun kandidata ġdida għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Nemmen illi l-partit se jgħati widen għal ideat ġodda tiegħi li jirriflettu id-drawwiet u l-bidliet li l-pajjiż għaddej minnhom.

Il-Vuċi tiegħek se tkun il-vuċi tiegħi biex flimkien nimxu id f’id. B’dan il-mod inkun nista nagħti servizz sħiħ u naħdem għal ġid komuni tas-soċjeta’.

Irrid nkun il-vuċi ta’ dawk fil-bżonn, dawk li jħossuhom mwarrbin, żvantaġġati u li m’għandhomx leħen. Nixtieq li l-ħidma tiegħi tkun ta’ sostenn kemm għalihom u kif ukoll għal l-organizzazjoniet li jgħinuhom.

Artikli

Upcoming Events

Next Event starts in